Michael Jackson u d-dinja li qieghda tinqered
What about sunrise, What about rain, What about all the things, That you said we were to gain... What about killing fields, Is there a time, What about all the things
That you said was yours and mine... Did you ever stop to notice, All the blood we've shed before, Did you ever stop to notice the crying Earth the weeping shores?
Gheziez zghazagh,
F’dawn ix-xhur li ghaddew smajna hafna fuq il-mewt tal-kantant Michael Jackson. Kienet ahbar li hasdet lid-dinja ghax hadd ma stennieha. Kantant li halla marka kbira fl-istorja tal-muzika pop, b’mod speċjali maz-zghazagh u fil-kuncerti live li hu kien jaghti. Kantant li minkejja li forsi l-muzika tieghu tinstema hafna storbjuza u minkejja certu pregudizzji li kienu jinghadu fuqu zgur li kellu messagg x’ried jaghti.
Waqt li kont qieghed inqalleb fuq l-internet dwar id-diski sbieh li kellu qghadt nara liema diska ghandha messagg ghad-dinja tal-lum: Earth Song. Din id-diska taf il-bidu taghha fl-1995. Hi t-tielet single mill-album H1 Story: Past, Present, Future. Jackson ghandu storja twila ta’ diski ta’ kuxjenza socjali li hareg bhal “We are the world,” “Man in the Mirror” u “Heal the World”. Madanakollu Earth Song kienet l-ewwel diska li ddiljat ma’ l-ambjent u l-harsien ta’ l-annimali. Il-kummenti dwarha kienu favorevoli ghalkemm kien hemm xi whud li rawha bhala wahda ta’ certa mportanza anke jekk bla intenzjoni. Din id-diska giet akkumpanjata b’video muzikali migbud minn erba’ regjuni geografikali. Hi ticcentra madwar id-destruzzjoni u qawmien gdid tad-dinja. Din id-dsika kienet wahda mit-top5 fi bliet Ewropej filwaqt li fl-Ingilterra kienet mizmuma bhala l-iktar wahda li nbieghet. Jackson kien ircieva rikonoxximent minn hafna organizzazjonijiet favur id-drittijiet ta’ l-annimali u ta’ l-ambjent. F’din it-track Jackson jaghmel talba herqana lil Alla dwar il-problemi li jibdew minn gwerra u jispiccaw sa annimali perikoluzi.
Kemm ghandna ghalxiex nkunu grati ta’ dan il-holqien li tana Alla. San Frangisk t’Assisi li f’dan ix-xahar niccelebraw il-festa tieghu kien joghxa jsejjah bhala hutu: il-qamar, ix-xemx, il-hxejjex, l-annimali. X’qed naghmlu bl-ambjent taghna? X’qed naghmlu bin-natura? Ghaliex il-klima qieghda titbiddel? Kemm smajnieh dan id-diskors fuq il-bidla tal-klima mill-kapijiet ta’ l-Istati. Jekk naqraw il-ktieb tal-Genesi fl-ewwel kapitlu naraw kif Alla halaq id-dinja u ghamel kollox tajjeb. X’gara llum? Sfruttajna n-natura u kissirna l-ambjent.
Hi missjoni taghna lkoll li nzommu l-ambjent nadif kif jixraq u li nahdmu biex ikollna arja nadifa u sabiha. Ejjew ghalhekk infahhru lil Alla ta’ kull ma tana u nghidulu grazzi u nitolbuh halli verament il-holqien li tana naghrfu nuzawh ghall-ahjar gid tad-dinja.
Joseph M. Grech